Notifiki

BIL-FILMAT: Jgħid li l-emenda biex jonqos iż-żmien għad-divorzju hija gimmick

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech sejjaħ l-emendi biex tiqsar it-triq għall-kisba tad-divorzju bħala gimmick.

F’kummenti li għamel fl-Università ta’ Malta qal li l-proposta tal-Gvern dwar li l-familji jkollhom stabilità u biex jieħdu d-divorzju ma jibqgħux jistennew għall-erba’ snin hija gimmick.

Dan id-diskors, il-Kap tal-Oppożizzjoni qalu ftit jiem biss wara li d-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo sejjaħ il-liġi tad-divorzju bħala diżumana.
Fl-Università, il-Kap tal-Oppożizzjoni ddefenda d-dikjarazzjoni li għamel id-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo.

Mistoqsi mill-ġurnalist ta’ ONE News, Bernard Grech ikkonferma li ma ħa l-ebda passi jew azzjoni fil-konfront ta’ Edwin Vassallo.

Intant mistoqsi jekk il-Grupp Parlamentari Nazzjonalista għandux pożizzjoni dwar l-emendi fil-liġi tad-divorzju, Bernard Grech deher skomdu jwieġeb fuq jekk hemmx pożizzjoni waħda magħquda.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend