128 persuna jfiqu mill-Covid-19 u jfeġġu 138 każ – One News

Notifiki

128 persuna jfiqu mill-Covid-19 u jfeġġu 138 każ

Fl-aħħar sigħat, mija tmienja u għoxrin persuna oħra fiequ mill-Covid-19, filwaqt li feġġew mija tmienja u tletin każijiet minn fost tlett elef, mitejn tmienja u erbgħin (3,248) test.

Dan ifisser li 95.8% tat-testijiet li saru ġew negattivi filwaqt 4.2% ġew pożittivi.

Sa issa, fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru ħames mija, sitta u disgħin elf, mija tmienja u tletin test.

B’kollox, s’issa, tlaqqmu kontra l-Covid-19 wieħed u għoxrin elf u mija tnejn u sebħgin persuna, li elf erbgħa mija tlieta u sittin minnhom ħadu t-tieni doża.

Intant, anzjana ta’ tmenin sena sena u anzjan ta’ tmienja u tmenin sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend