Notifiki

Żagħżugħ ta’ 25 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn fuq is-sur fil-Belt

Żagħżugħ ta’ 25 sena mill-Iżvizzera qed jissielet għal ħajtu wara li waqa’ minn fuq is-sur fil-Belt kmieni dalgħodu.

Jidher li l-ġuvni waqa’ mis-swar fi Triq San Bastjan ftit qabel l-4:00 ta’ dalgħodu.

Huwa ngħata l-ewwel għajnuna fuq il-post qabel ma ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji u jinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Marsanne Farrugia li issa qed tmexxi inkjesta dwar il-każ. L-investigazzjoni tal-Pulizija wkoll għadha għaddejja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend