Notifiki

BIL-FILMAT: Mara tittieħed l-isptar wara li kienet involuta f’inċident bejn 3 vetturi f’Ħal Qormi

One.com.mt jinsab infurmat li seħħet ħabta bejn tliet vetturi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-7:45 ta’ dalgħodu fi Triq l-Arkata, Ħal Qormi.

Xhieda fuq il-post qalu lil dan is-sit, li mara ttieħdet l-isptar Mater Dei għal aktar kura, iżda l-kundizzjoni tagħha għadha mhux magħrufa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.


Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend