Ungeriż ta’ 25 sena ndarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku bil-mutur fin-Naxxar.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħodu fi Triq il-Kosta, in-Naxxar.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-Ungeriż tilef il-kontrol tal-mutur Kymco u nqaleb.
Tim mediku mar fuq il-post ta’ l-inċident sabiex jassisti lis-sewwieq u aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.