Il-vapur Ocean Viking bi 373 immigrant ħabbar li se jidħol fi Sqallija – One News

Notifiki

Il-vapur Ocean Viking bi 373 immigrant ħabbar li se jidħol fi Sqallija

Il-bastiment Ocean Viking tal-għaqda mhux Governattiva SOS Meditterranee li fil-jiem li għaddew interċetta aktar minn 373 immigrant viċin il-kosta Libjana se jiżbarka l-immigranti kollha fi Sqallija.

Dan ħabbritu l-għaqda mhux governattiva stess permezz ta’ stqarrija fuq Twitter fejn esprimiet is-sodisfazzjon tagħha li l-bastiment se jitħalla jidħol ġewwa l-port ta’ Augusta.

L-immigranti kollha ġew interċettati fuq medda ta’ 48 siegħa minn fuq erba’ dinghies differenti. Matul il-jiem li għaddew waqt li l-Ocean Viking kien qed ibaħħar fil-Mediterran kienu mijiet ta’ immigranti li ppruvaw jaħarbu mil-Libja bil-baħar iżda skont rapporti mill-paġna Alarm Phone dawn kellhom iduru lura kawża tal-maltemp.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend