Il-Pulizija Olandiża tarresta lill-El Chapo tal-Asja wara mandat maħruġ mill-Awstralja – One News

Notifiki

Il-Pulizija Olandiża tarresta lill-El Chapo tal-Asja wara mandat maħruġ mill-Awstralja

Il-Pulizija Olandiża arrestat l-allegat El Chapo tal-Asja li huwa l-kap tal-ikbar gang tad-droga fid-dinja wara mandat maħruġ mill-Awstralja.

Huwa mifhum Tse Chi Lop li huwa Ċiniż residenti l-Kanada, huwa kap ta’ kumpanija bl-isem ta’ The Company li tiddomina s-suq tad-droga llegali ta’ $70 biljun madwar l-Asja.

Tse li huwa wieħed mill-aktar persuni mfittxija fid-dinja ġie arrestat fl-ajruport Schiphol ta’ Amsterdam hekk kif kien ħa jaqbad titjira lejn il-Kanada.

L-Awstralja issa mistennija tordna l-estradizzjoni tiegħu sabiex jaffaċċja l-ġuri.

Il-Federazzjoni tal-Pulizija Awstraljana temmen li The Company magħrufa wkoll bħala Sam Gor Syndicate hija responsabbli għal 70% tad-droga llegali li tidħol fil-pajjiż.
Il-Pulizija Awstraljani ilha ssegwi lil Tse għal aktar minn diċenju.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend