Ħaddiema tas-salvataġġ b’suċċess irnexxilhom isalvaw ħdax-il ħaddiem li kienu jinsabu maqbuda fil-minjiera tad-deheb fiċ-Ċina. Dan wara li kien ilhom maqbudin madwar 600 metru taħt l-art għal ġimgħatejn sħaħ.
Dawn il-ħaddiema kienu jinsabu f’kuntatt mal-ħaddiema tas-salvataġġ u kienu qed jirċievu l-ikel u l-mediċina minn mina twila u dejqa magħmula.
Huma ġew meħuda l-isptar għall-osservazzjoni medika.
Il-kawża tal-isplużjoni li seħħet fl-10 ta’ Jannar li għadda għadu mhux magħruf x’wassal għaliha.