Disinjaturi kontra l-pandemija – One News

Notifiki

Disinjaturi kontra l-pandemija

“Kont pjuttost sorpriż għax ma kontx qed nistenna rikonoxximent u aċċettajt mal-ewwel għax kont naf li għall-ġid biex tgħin lil ħaddieħor”.

Kliem Andreas Azzopardi, disinjatur Malti li permezz ta’ xogħol artistiku tiegħu, pajjiżna ingħaqad ma’ bosta pajjiżi oħrajn li permezz ta’ xogħol ta’ disinn qegħdin jgħinu lin-nies milquta bil-Covid fl-Italja.

Dan sar minn għaqda ta’ disinjatruri li jsejħu lilhom infushom Designers Against Covid, magħruf ukoll bħala DAC.

Qal kif, “Bażikament huwa ġabra ta’ xogħolijiet li jirrivolvu madwar covid, huwa limited edition u l-fondi li nġabru minnu ħa jmorru għar-Red Cross Taljana biex jgħinu lin-nies milquta bil-Covid-19”

Hawn spjegalna x’kienet l-ispirazzjoni tiegħu għal dan ix-xogħol.

Spjega, “Inspirani id-diskors tar-Reġina għax ħassejt li meta r-Reġina titkellem, id-dinja tieqaf u tisma’. Hi tkelmet rigward il-Covid u f’sentenza partikolari kienet qalet “We will meet again” u ħassejt li kien b’saħtu d-diskors u xtaqt nagħmel xi ħaġa li tiġbor dak il-kliem f’ disinn”

Qalilna wkoll li issa donnu qed ikompli jikber l-interess u l-għarfien dwar l-industrija tad-disinn.

Qal, “Hawn ħafna iżjed għarfien illum il-ġurnata, l-industrija dejjem qed tikber u nħoss li ħafna disinjaturi Maltin qed iħarsu lejn Malta għall-inspirazzjoni flok nħarsu lejn disinjaturi ‘l barra minn xtutna. Hawn ħafna iżjed għarfien u kull ktieb, kull ħaġa oħra nħoss li jgħin għall-għarfien”

Andreas kellu wkoll kliem ta’ kuraġġ għal dawk interessati f’din l-industrija.

Sostna, “Apparti li xogħli prinċipali huwa disinjatur, jiena naħdem bħala edukatur ukoll u għallimt studenti zgħar kif ukoll kbar u għalhekk qatt mhu tard biex tibda u jekk xi ħaġa li vera tinteressak nissuġġerixxi li tieħu l-ewwel pass. Tant hemm għarfien hemm barra u hawn min lest jgħin, staqsi in-nies ġeneralment ikunu orrajt u b’hekk m’għandekx tiddejjaq tistaqsi u tieħu l-ewwel pass u tibda”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend