Notifiki

BIL-FILMAT: Din il-ġimgħa se jitħabbru d-dettalji ta’ kif se taħdem l-iskema għall-bars u każini magħluqin

Fil-jiem li ġejjin se jingħataw id-dettalji ta’ kif se taħdem l-iskema finanzjara lis-sidien tal-bars u każini.

Ħabbar dan il-Prim Ministru Robert Abela f’attivita politika f’Ħal Tarxien, fejn qal li dan il-Gvern sema’ lil dawn in-nies u se jibqa’ magħhom sal-ġurnata li jibqgħu magħluqin minħabba restrizzjonijiet b’rabta mal-kontroll tal-imxija.

Fl-aħħar jum tas-sena li għaddiet Dr. Abela kien ħabbar li l-Gvern se jalloka miljun ewro għas-sidien tal-bars u l-każini f’għajnuna, riżultat tal-impatt li ħalliet il-pandemija fuq dawn l-istabbilimenti li jinsabu magħluqa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend