Tfal jippromettu fil-basketball mat-tim tal-Hibs – One News

Notifiki

Tfal jippromettu fil-basketball mat-tim tal-Hibs

Is-Sibt filgħodu ġol-Padiljun ta’ Kordin rajna diversi atleti żgħar jitħarrġu fil-basketball. It-tim tal-basketball tal-Hibs li ilu mwaqqaf kważi erbgħin sena iħarreġ mal-250 atleta fid-dixxiplina tal-basketball, u għandu fost l-aqwa nursury f’pajjiżna.

Il-klabb bi storja ta’ suċċess twila ta’ kuljum iħarreġ diversi atleti, tant li uħud mill-atleti żgħar bdew minn età tenera ta’ ħames snin; fosthom Eve Axisa ta’ 11-il sena, li din is-sena se tkun is-sitt waħda tagħha titrenja l-isport li saret tħobb wara li rat film.

Hija qaltilna, “L-ewwel bdejt rajt film u interessajt ruħi mbagħad bqajt għaddejja, ninteressa ruħi fuqu u ddeċidejt li nibda u mbagħad għoġobni ħafna u komplejt għaddejja. Vera nixtieq li jeħodni postijiet u li nkompli għaddejja bih.”

L-istess bħalha huwa Miguel Bezzina li l-imħabba lejn l-isport żammitu biex jibqa’ jipprattika għal diversi snin.

Huwa fissrilna: “Qabel kont nitrenja ħafna sports bħal athletics, swimming imma minn mindu bdejt basketball ġo qalbi kont diġà għedt dan l-isport ħa nibqa’ bih.”

Iżda, Stella Buhagiar kien il-Covid li ressaqha lejn dan l-isport u qed taspira li tkompli f’din id-dixxiplina.

Hija spjegatilna: “L-iskola kellna tournament tal-basketball u vera għoġobni, allura ridt nipprova niġi basketball. Qabel kont nagħmel il-judo u high contact, allura minħabba l-Covid kellna nieqfu u bdejt sport ġdid.”

Tkellimna wkoll mal-kowċ li jħarreġ it-tfal ta’ taħt it-tnax-il sena, Roderick Vella, li beda jitħarreġ fid-dixxiplina meta kellu 4 snin.

Huwa wera s-sodisfazzjon għal ftehim li ġie ffirmat biex art biswit il-padiljun jinbena ieħor u għalhekk it-taħriġ fil-klabb tal-basketball tal-Hibs jiżdied.

Vella tenna: “Aħna hawnhekk nittrenjaw kważi kuljum, jien inkun hawn kuljum, jkollna t-tfal diversi drabi. Ovvjament jekk iġġibhom flok tliet darbiet, iġġibhom ħamsa l-potenzjal huwa ħafna ikbar so if we have availability ovvjament it-tfal se ndaħħluhom aktar, għalina it’s a big plus.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend