Malta fost l-aqwa għaxar pajjiżi għall-irtirar – One News

Notifiki

Malta fost l-aqwa għaxar pajjiżi għall-irtirar

Malta hija fost l-aqwa għaxar pajjiżi biex nies li refgħu mix-xogħol jiġu jgħixu ħajja aktar serena. Fl-indiċi tal-Annual Global Retirement Index għal din is-sena li għamlet ir-rivista notarevoli International Living, Malta tpoġġiet fid-disa’ post, u l-ħajja li toffri lil min jgħix fiha ġiet deskritta bħala feliċi u sabiħa.

Ir-rivista Irlandiża ta’ fama internazzjonali ilha tletin sena tiggwida persuni li jixtiequ jirtiraw f’pajjiż ieħor, u issa nnotat bosta aspetti pożittivi f’pajjiżna, fosthom il-livell t’għixien għoli, is-servizzi eċċellenti tas-saħħa, l-infrastruttra tal-aqwa klassi, l-istorja rikka u l-arkitettura li żżejjen kull rokna ta’ pajjiżna. Ma jonqosx li jisemma t-temp Mediterranju, li jagħmel il-klima f’pajjiżna aktar pjaċevoli għal dawk li jfittxu x-xemx.

Hawn issemmew ukoll il-festi tradizzjonali ta’ pajjiżna kif ukoll l-ikel bnin li kapaċi toffri artna u l-baħar li jdawwarna. Hawn kien innotat ukoll li l-prodotti lokali friski huma l-aktar imfittxija u disponibbli anke f’supermarkets, apparti li l-prezz tal-ikel f’Malta huwa mal-25% anqas minn dak fl-Istati Uniti.

Dan l-indiċi li jsir b’reqqa minn persuni li jkunu għamlu żmien twil jgħixu f’pajjiżna u jkunu studjaw sal-iċken detall, għamel refernza wkoll dwar it-trasport pubbliku. Iddiskriva t-trasport pubbliku bħala wieħed effiċjenti bi prezzijiet raġjonevoli u li għalhekk kull min jixtieq jirtira f’pajjiżna m’għandux bżonn karozza privata u minflok juża t-trasport pubbliku.

Il-fatt li l-Ingliż huwa t-tieni lingwa f’pajjiżna kompla jagħtina vantaġġ għal barranin li qed jikkunsidraw residenza permanenti f’Malta jew Għawdex.

L-istudju kklassifika wkoll lil Costa Rica bħala l-aqwa post fejn wieħed jirtira din is-sena.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend