Jinħeles wara li allegatament weġġa’ gravi lil ħuh – One News

Notifiki

Jinħeles wara li allegatament weġġa’ gravi lil ħuh

Raġel ta’ 29 sena li jgħix Ħal Tarxien inħeles mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet wara li tressaq il-Qorti akkużat li allegatament weġġa’ gravi lil ħuh.

L-imputat tressaq il-Qorti s-Sibt, wara li l-Ġimgħa waranofsinhar ħebb għal ħuh u darbu gravi f’Raħal Ġdid. Hu kien akkużat ukoll li kiser il-paċi pubblika. Huwa ċaħad dawn l-akkużi.

Id-Difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest tal-imputat, u ġie spjegat li hu u ħuh joqogħdu bieb ma’ bieb. Il-missier, li wkoll xehed is-Sibt, qal li se jkun ta’ spalla għall-imputat.

Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit ordnat lill-imputat sabiex jiffirma tliet darbiet fil-ġimgħa fl-għassa ta’ Raħal Ġdid u hija ordnat sabiex iħallas depożitu ta’ €500, b’garanzija personali ta’ €10,000.

L-imputat ġie ordnat sabiex ma jkellimx lil ħuh, u tat ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tiegħu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend