Il-pazjenti tal-Isptar Karen Grech li qed jirċievu kura fit-tul kollha ngħataw l-ewwel doża tal-vaċċin tal-Covid-19 – One News

Notifiki

Il-pazjenti tal-Isptar Karen Grech li qed jirċievu kura fit-tul kollha ngħataw l-ewwel doża tal-vaċċin tal-Covid-19

Il-pazjenti fl-Isptar Karin Grech li għandhom ’il fuq minn ħamsa u tmenin sena, u qed jirċievu kura ta’ rijabilitazzjoni, kif ukoll il-pazjenti ta’ ’l fuq minn sittin sena li qed jirċievu kura fit-tul, ingħataw l-ewwel doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19. Magħhom qed jitlaqqmu wkoll professjonisti mediċi u l-ħaddiema fl-isptar.

Il-Ministeru tas-Saħħa qal li minn nhar l-Erbgħa, il-pazjenti tal-onkoloġija li se jibdew jingħataw il-kimoterapija wkoll se jingħataw it-tilqima bil-għan li jkunu protetti mill-virus qabel ma tiddgħajjef l-immunità tagħhom.

Dan il-proċess se jkun organizzat mill-Isptar Mater Dei, u se jkunu l-konsulenti tal-pazjenti li jindikaw meta se jingħataw it-tilqima, skont protokoll li ġie stabbilit mill-Awtoritajiet għas-Saħħa.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend