Dr Lydia Abela bi żjara fiċ-ċentru tas-saħħa ta’ Raħal il-Ġdid fejn qed isir it-tilqim għal kontra l-Covid-19 – One News

Notifiki

Dr Lydia Abela bi żjara fiċ-ċentru tas-saħħa ta’ Raħal il-Ġdid fejn qed isir it-tilqim għal kontra l-Covid-19

Mart il-Prim Ministru, Dr Lydia Abela żaret iċ-ċentru tas-saħħa ta’ Raħal il-Ġdid, fejn bħalissa l-anzjani qed jieħdu t-tilqima għal kontra l-Covid-19.

Is-Sinjura Abela rringrazzjat lill-ħaddiema u l-professjonisti li jaħdmu fis-settur tas-saħħa, għall-ħidma li qed iwettqu favur il-poplu Malti u Għawdxi.

Dr Abela appellat biex kulħadd imur jieħu t-tilqima għal kontra l-Covid-19 meta jirċievi l-ittra. Saħqet li kulħadd għandu jkompli jimxi mal-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend