Notifiki

BIL-FILMAT: Jiddefendi lil Kristina Chetcuti li attakkat lil Charmaine Gauci

“X’qalet ħażin Maria Deguara?”

Dik kienet ir-risposta tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech għad-dikjarazzoni ta’ Maria Deguara meta qalet li l-vaċċin tal-Covid-19 mhuwiex is-soluzzjoni kontra l-pandemija tal-Covid-19.

Bernard Grech qal dan waqt intervista fuq l-istazzjon nazzjonali, il-Ġimgħa filgħaxija hekk kif kien mistoqsi dwar din id-dikjarazzjoni mid-Deputat li tifforma parti mill-Kumitat tal-Covid-19 tal-Partit Nazzjonalista.

Fil-fatt, il-ġurnalist staqsa dwar din id-dikjarazzjoni li kkuntrastat mhux ftit mal-opinjonijiet tal-esperti ewropej dwar il-vaċċin

Meta kien mistoqsi: “L-esperti kollha tas-saħħa anke barra minn Malta qed jgħidu ismaż t-tilqima hija s-soluzzjoni biex negħlbu l-pandemija. Dr Deguara minħabba dan il-kumment ġbidtilha l-attenzjoni, ġiet imċanfra minnek?”

Bernard Grech staqsa: “X’qalet ħażin?”

Waqt l-istess intervista ħarġet biċ-ċar ir-rabta kbira li hemm mill-fazzjoni tal-Eks Kap Simon Busuttil fuq it-tmexxija ta’ Bernard Grech.

Dan hekk kif waqt l-istess intervista Grech ħareġ għonqu u ddefenda bosta esponenti ewlenin minn din il-fazzjoni.

Fost oħrajn iddefenda lil Kristina Chetcuti, is-sieħba ta’ Simon Busuttil li ftit tal-jiem ilu attakkat bl-aħrax lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci meta qaltilha biex tħalli l-programm ta’ tilqim tal-vaċċin għal ħaddieħor u tmur tixrob ix-xampanja.

Dan filwaqt li attakka lill-ġurnalist għaliex staqsa fuq dan is-suġġett.

Intant Bernard Grech kompla joħroġ għonqu għall-membri tal-establishment fosthom Louis Galea u Ray Bezzina li skont rapporti fl-aħħar jiem, iddominaw mhux ftit fl-għażla tax-shadow cabinet tal-Partit Nazzjonalista.

Dwar Louis Galea, Bernard Grech qal li fil-passat kien validissmu, huwa validissimu u jibqa’ validissimu.

Fuq l-istess suġġett tar-reshuffle Bernard Grech ikkonferma wkoll ir-rapporti fil-midja dwar l-indħil fl-għażliet tas-shadow cabinet minn Ray Bezzina li saħansitra ngħad li kien qed jiltaqa’ mad-deputati waħdu mingħajr il-Kap.

Dwar Bezzina, Bernard Grech ikkonferma li huwa jaħdem fl-uffiċċju tiegħu.

Bezzina kien l-eks Chief of Staff tal-eks Ministru George Pullicino u huwa esponent ewlieni tal-għaqda Repubblika. Huwa tpoġġa ma’ Bernard Grech fuq insistenza ta’ Louis Galea.

Ray Bezzina kien involut f’ingaġġ skandaluż fil-WasteServ fi żmien il-Gvern ta’ Lawrence Gonzi hekk kif deher f’ħafna mill-emails żvelati mill-Maltatoday tliet snin ilu fejn mexxa ‘l quddiem ingaġġ ta’ kostitwenti tad-deputati u eks Ministri Nazzjonalisti fil-WasteServ saħansitra ġimgħat qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2013.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend