Żagħżugħ Niġerjan ta’ 13-il sena jirbaħ l-appell u jinħeles minn 10 snin ħabs – One News

Notifiki

Żagħżugħ Niġerjan ta’ 13-il sena jirbaħ l-appell u jinħeles minn 10 snin ħabs

Żagħżugħ Niġerjan ta’ 13-il sena li kien ingħata sentenza ta’ għaxar snin ħabs s-sena li għaddiet rebaħ l-appell u ħareġ liberat.

Huwa kien qed jiġi akkużat minn Qorti Iżlamika f’Awwissu li għadda talli semma l-isem t’Alla fil-batal waqt argument ma’ sieħbu f’Kano.

Iżda qorti tal-appell sekulari qalbet is-sentenza u qalet li t-tifel kien minuri. Id-deċiżjoni tas-sena l-oħra mill-Qorti xprunat il-kundanna internazzjonali.

L-aġenzija tat-tfal tan-Nazzjonijiet Uniti, Unicef, sostniet li ġew traskurata l-prinċipji ewlenin tad-drittijiet tat-tfal u l-ġustizzja tat-tfal fin-Niġerja.

F’Settembru 120 voluntier, immexxija mid-direttur tal-monument ta’ Auschwitz fil-Polonja, offra li jservi parti mis-sentenza oriġinali ta’ 10 snin ħabs mogħtija lit-tifel.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend