Il-ġuri dwar l-impeachment ta’ Donald Trump se jibda jinstema l-ġimgħa d-dieħla.
Dan wara li Trump qed jiġi akkużat li ħeġġeġ lin-nies jattakkaw Capitol Hill aktar kmieni dan ix-xahar.
It-Tnejn li ġej, il-kamra tar-rappreżentanti mistennnija twassal l-akkużi tal-impeachment lis-Senat.
Ir-Repubblikani fis-senat tal-Istati Uniti qed jitolbu lid-Demokratiċi sabiex idewwmu l-impeachment tal-eks President Donald Trump sa Frar.
Dan biex Trump jipprepara d-difiża tiegħu.