Nico Spalding li jinsab akkużat li ġibed bil-moħbi filmat ta’ att sesswali bejn koppja li kienu jgħixu miegħu nżamm arrestat.
Il-koppja rrappurtat dan l-allegat att lill-Pulizija wara li Spalding kien daħal fuqhom waqt li kien qed isir l-att sesswali u ħadilhom filmat fl-appartment fejn kienu jgħixu f’San Pawl il-Baħar.
Ir-raġel kien akkużat ukoll li kiser ordni ta’ probation.
L-Uffiċjal tal-Prosekuzzjoni, l-Ispettur John Spiteri ordna lill-Qorti sabiex huma jagħmlu ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-vittmi ta’ dan il-kas.