Ġiet inawgurata għassa tal-pulizija ġdida fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. L-għassa l-ġdida, li saret bħala parti mix-xogħol ta’ rinovar li qed isir fl-ajruport, toffri aktar sigurtà u privatezza lil kull min ifittex is-servizzi tal-pulizija.
Din l-għassa li toffri wkoll ambjent aktar xieraq għall-membri tal-Korp tal-Pulizija li jaħdmu fiha, ġiet inawgurata mill-Ministru għall-Intern Byron Camilleri flimkien mal-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà.
Il-Ministru Camilleri spjega kif din l-għassa qed tirrifletti r-realtajiet li jaħdmu fihom l-uffiċjali f’sitwazzjoni li jistgħu jkunu sensittivi fl-ajruport.
Filwaqt li l-Kummissarju Gafà wiegħed li se jkompli jaħdem sabiex itejjeb l-ambjent tal-postijiet tax-xogħol tal-pulizija sabiex dawn jipprovdu servizz iżjed effiċjenti u iżjed effettiv.