Il-Ministru Zammit Lewis ma jinstabx ħati t’abbuż f’ingaġġ ta’ persuna – One News

Notifiki

Il-Ministru Zammit Lewis ma jinstabx ħati t’abbuż f’ingaġġ ta’ persuna

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika George Hyzler, ikkonkluda li ma kien hemm ebda ksur ta’ etika mill-Ministru għall-Ġustizzja Edward Zammit Lewis fl-ingaġġ ta’ Dr Cheryl Azzopardi bħala konsulent legali fil-ministeru tiegħu.

Hyzler wasal għal din il-konklużjoni wara li kkunsidra ilment mingħand Carmel Cacopardo. L-ilment kien ibbażat fuq artiklu li deher f’The Shift News fis-7 ta’ Jannar li għadda, fejn ġie allegat li Dr Azzopardi ġiet ingaġġata mill-Ministru Zammit Lewis bħala pjaċir biex jakkwista vantaġġ politiku fid-distrett elettorali tiegħu.

Il-Kummissarju sab li Dr Cheryl Vassallo, dak iż-żmien Azzopardi, ġiet ingaġġata mill-gvern fl-2016 biex taħdem fl-oqsma tad-drittijiet umani u l-ugwaljanza. Dak iż-żmien Dr Edward Zammit Lewis ma kienx il-ministru risponsabbli għall-ugwaljanza, u għaldaqstant l-allegazzjoni li ħa xi vantaġġ mill-ingaġġ ma tistax tiġi sostnuta.

Il-kuntratt ta’ Dr Vassallo iġġedded regolarment iżda l-Ministru Zammit Lewis jista’ jitqies risponsabbli biss għall-kuntratt preżenti tagħha, li ġie ffirmat f’Marzu tal-2020.

Il-Kummissarju għall-Istandards ikkumpara dan il-kuntratt ma’ ta’ qablu biex jara jekk jipprovdix xi benefiċċji addizzjonali sinjifikanti iżda sab li r-rata ta’ ħlas fis-siegħa baqgħet l-istess.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend