Notifiki

AĠĠORNAT: Sewwieq ta’ mutur jindarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’San Pawl il-Baħar

Taljan ta’ 28 sena ġarrab ġrieħi gravi wara li ħabat bil-mutur li kien qed isuq ma’ karozza tal-għamla Hyundai l20, li kien qed tinstaq minn Ingliż ta’ 53 sena.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:30 ta’ dalgħodu fi Triq il-Mosta, San Pawl il-Baħar.

Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei għal aktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend