Reazzjonijiet pożittivi għal-liġi dwar l-industrija tal-kostruzzjoni  – One News

Notifiki

Reazzjonijiet pożittivi għal-liġi dwar l-industrija tal-kostruzzjoni 

Matul il-jum tal-Ħamis iddominaw ir-reazzjonijiet pożittivi minn diversi msieħba dwar il-liġi li qed tiġi diskussa bħalissa fil-Parlament u li tirregola l-l-industrija tal-kostruzzjoni.

Fost oħrajn kien hemm il-Kamra tal-Periti li ħarġet bi kliem ta’ tifħir fil-konfront tal-Gvern hekk kif b’din il-liġi, il-Gvern laqa’ r-rakkomandazzjonijiet tal-Kamra u pproċeda sabiex ikompli jirregola dan is-settur.

“Importanti ħafna għax bħalissa hemm 22 entità li tirregola din l-industrija li huwa diffiċli. Hemm entitajiet jirregolaw affarijiet differenti, l-elettriku, id-drenaġġ, health and safety u dan l-isparparjal qed joħloq problemi ta’ nuqqas ta’ effiċjenza u nuqqas ta’ enforcement tar-regolament allura dan il-pass huwa pass importanti ħafna biex il-frammentazzjoni titlaq.”

Intant irreaġixxiet ukoll l-Assoċċjazjoni Maltija tal-Iżviluppaturi hekk kif rrimarkat l-importanza tal-addozzjoni tal-iskema ta’ sigurtà f’darek.

“Rajna wkoll li l-Gvern se jkun qed jimplimenta xi ħaġa li għamilna aħna stess l-inizjattiva tas-safe neigbourhood scheme li ħadmet tajjeb ħafna, pożittiv mal-membri tal-MDA imma din mhux biżżejjed hekk kif għandha tkun implimentata anke fuq nies li mhu membri tal-assosciation tagħna u dan huwa pożittiv ħafna.”

L-Erbgħa filgħaxija fil-Parlament il-Prim Ministru Robert Abela f’diskors skjett qal li mhux lest jistenna iżjed għall-bidliet meħtieġa f’dan is-settur.

Dwar it-twaqqif ta’ Awtorità, il-Prim Ministru qal li din se tassorbi l-funzjonijiet li bħalissa huma assenjati lill-Bord li jirregola l-Bini u lill-Uffiċċju dwar ir-Regolament tal-Bini, l-Aġenzija tal-Bini u tal-Kostruzzjoni u l-Bord għall-Bennejja, filwaqt li se toħroġ linji gwida u metodoloġiji ta’ prattika tajba u regolamenti maħsuba biex jitjiebu l-prattiċi tal-bini u l-kostruzzjoni f’Malta, u tara li dawn jiġu osservati.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend