Notifiki

L-MGRM jikkundanna l-kummenti ħorox ta’ Vassallo kontra ż-żwieġ għall-koppji tal-istess sess

Il-Moviment għad-drittijiet tal-persuni omosesswali, l-MGRM ikkundanna l-kummenti ħorox li għadda d-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo kontra ż-żwieġ għall-koppji tal-istess sess.

Edwin Vassallo tkellem fuq il-programm ‘Ilwien’ fejn sejjaħ bħala diżumani l-liġi tad-divorzju u l-liġi li ppermettiet koppji tal-istess sess jissiebħu fi żwieġ.

Vassallo qal, “Jien naħseb diġà vvutajt darbtejn li jiena dehruli, mhux fil-fidi tiegħi ta, li huma diżumani li se jagħmlu ħsara fil-ġid komuni. – X’kienu? – waħda tad-divorzju u oħra taż-żwieġ LGBTIQ.”

Saħansitra qal li dawn il-liġijiet tad-divorzju u taż-żwieġ indaqs, li tat l-opportunità li koppji tal-istess sess jiżżewġu, huma skwerra falza.

Skont Edwin Vassallo bil-liġi tad-divorzju u taż-żwieġ indaqs morna lura.

Għal dawn il-kummenti, l-MGRM qal li ġurnata biss wara l-ħatra tax-Shadow Cabinet ta’ Bernard Grech u qabel l-MGRM tkellem mal-Kelliema għad-drittijiet umani li ħatar il-Kap tal-Oppożizzjoni, Edwin Vassallo, li hu wkoll kelliem għall-istess Oppożizzjoni, mar lil hinn mit-twemmin reliġjuż tiegħu.

L-MGRM ikkundanna l-attentat ta’ Vassallo li pprova jneżża’ l-imħabba ta’ bejn persuni tal-istess sess mill-umanità.

Fil-fatt, ma’ dan l-istazzjon, il-ko-kordintraċi tal-MGRM Sylvia Chircop qalet li l-omosesswali huma nies bħall-oħrajn li jħobbu lil ħaddieħor.

Hija sostniet: “M’hemm xejn ħażin fl-imħabba tagħhom lejn persuni tal-istess sess u ħaddieħor u li huma nies fl-aħħar mill-aħħar. Aħna m’għandna xejn inqas minn ħaddieħor u li tgħid li hija xi ħaġa diżumana li tħobb lil persuna oħra hija onestament hija diżappunt u mhux l-iskop tal-persuna fil-politika. Fl-aħħar mill-aħħar kemm il-Gvern u kemm l-Oppożizzjoni xogħolhom hu li jaħdmu għas-soċjetà f’Malta.”

Lil Edwin Vassallo, l-MGRM qallu li n-nuqqas ta’ umanità qiegħda f’min ma jafx iħobb u bena karriera politika fuq il-mibegħda u mhux fiż-żwiġijiet u f’familji mibnija fuq imħabba u rispett.

Chirchop tenniet: “Kulħadd għandu d-dinjità tiegħu, kulħadd huwa parti ta’ valur fis-soċjetà tagħna u jikkontribwixxi b’mod li jkunu kuntenti u li huma ugwali daqs ħaddieħor.”

L-MGRM talab lill-Kap tal-Oppożizzjoni jieħu azzjoni jekk ma jaqbilx mad-diskors ta’ Edwin Vassallo, li din id-darba kien ċar daqs il-kristall.

Ara wkoll:

BIL-FILMAT: Jgħid li bil-liġi tad-divorzju u ż-żwieġ għall-koppji LGBTIQ morna lura u huma diżumani

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Anki jekk il-pn joħroġ stqarrija fejn jiddistanza ruħu min dan il-kliem ta Vassallo jien xorta nemmen li l-lemin f’Malta rappreżentat mill-knisja kattolika u mill-pn jaqbel mal-ideoloġija ta’ Edwin Vassallo. Id-differenza hi li Vassallo huwa iktar onest fi kliemu mil-knisja kattolika u mill-pn.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend