Il-Prim Ministru Robert Abela bi żjara lill-ħaddiema tal-istazzjon ONE  – One News

Notifiki

Il-Prim Ministru Robert Abela bi żjara lill-ħaddiema tal-istazzjon ONE 

Il-Ħamis wara nofsinhar, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Dr Robert Abela żar l-impjegati tal-istazzjonijiet ONE. L-Amministrazzjoni ta’ ONE laqgħet lill-Prim Ministru li żar kull dipartiment ta’ ONE li jħaddem mijiet ta’ ħaddiema.

Waqt iż-żjara tiegħu Dr Robert Abela kellu kliem ta’ tifħir għax-xogħol li jsir ta’ kuljum mill-ħaddiema ħabbrieka, filwaqt li kellu kliem ta’ kuraġġ quddiem it-theddida li qed jaffaċja ONE minħabba n-notifika li tressqet quddiem l-Avukat tal-Istat u l-Prim Awla Ċivili biex tinfetaħ kawża kontra l-istazzjonijiet tal-partiti politiċi ta’ pajjiżna.

Qal li huwa kburi bil-ħidma tal-ħaddiema ta’ ONE.

F’kummenti li ta iċ-Chairman ta’ ONE, Jason Micallef, sostna li l-Prim Ministru Mexxej Laburista qed jagħti l-appoġġ kollu lill-ħaddiema li għandhom familja u jaqilgħu l-ħobża ta’ kuljum billi jagħtu servizz lill-qarrejja, semmiegħa u telespettaturi.

“Iż-żjara kienet tfisser ukoll l-appoġġ, mhux għax aħna kellna xi dubju, imma l-appoġġ fiżiku u morali b’kull mod u kif qal hu bis-saħħa kollha, għat-theddida li għandhom dawn l-istazzjonijiet illi hemm xi ħadd deherlu jew jidhirlu li dawn l-istazzjonijiet għandhom xi darba jagħlqu darba għal dejjem. Naturalment iż-żjara kienet tfisser ukoll kemm l-istazzjonijiet ONE: ONE Radio u ONE Television huma importanti ħafna, mhux biss għall-Partit Laburista imma wkoll għal dawk l-eluf kbar ta’ familji Maltin u Għawdxin illi storikament mill-1992 ilhom isegwuna.”

Iż-żjara tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela ġiet jumejn wara li l-General Workers Union ltaqgħet mat-tmexxija ta’ ONE.

Dr Abela tenna l-istess messaġġ li aċċennat il-union, sabiex il-mijiet ta’ ħaddiema tal-Istazzjon ONE m’għandhomx ikunu l-ħaruf tas-sagrifiċju.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend