Il-Kurja permezz tas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija u l-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel tal-Knisja kkundannaw l-aġir irresponsabli tal-Union of Professional Educators, il-UPE meta qed tippublika informazzjoni fil-paġna ta’ Facebook dwar każijiet tal-COVID-19 fl-iskejjel tal-Knisja.
Dan intqal fi stqarrija mill-Kurja, li dan l-aġir qed joħloq paniku u anzjetà bla bżonn fost l-istudenti, il-ġenituri u l-edukaturi.
Fl-istqarrija nqtal kif l-iskejjel tal-Knisja qed jagħmlu minn kollox biex jinfurmaw lill-ġenituri u l-istaff tal-iskejjel, b’mod trasparenti sabiex dejjem jiġi żġurat li s-saħħa u s-sigurtà tal-istudenti u l-ħaddiema fl-iskejjel jibqgħu ta prijorità.
Dan is-Segretarjat fil-Kurja qal li ilhom minn Settembru li għadda jisħqu li tali stqarrijiet mill-UPE ma jagħmlux ġid għas-sitwazzjoni bħalissa, sitwazzjoni li diġà hija ta’ sfida għall-iskejjel kollha f’pajjiżna.