Żewġ persuni mejta wara splużjoni li seħħet f’Madrid – One News

Notifiki

Żewġ persuni mejta wara splużjoni li seħħet f’Madrid

Splużjoni qawwija kkawżata minn ħruġ ta’ gass f’binja residenzjali fiċ-ċentru tal-kapitali Spanjola, Madrid, ħalliet żewġ persuni mejta u minn tal-inqas tnejn oħra midruba.

L-ewwel ritratti u filmati juru torri ta’ duħħan ħiereġ mill-binja ta’ sitt sulari, qalb tifrik sħiħ fl-inħawi ta’ Toledo qrib iċ-ċentru tal-belt.

Mumenti wara l-isplużjoni, ġiet evakwata dar tal-anzjani fil-viċinanzi għalkemm m’hemm l-ebda rapporti ta’ midruba. L-anzjani ttieħdu f’lukanda fl-istess triq.

Fost il-binjiet li ġarrbu ħsarat hemm skola fit-triq fejn seħħ l-inċident, li fortunatament kienet vojta għaliex baqgħet magħluqa wara l-maltemp b’borra rekord li laqat lil Madrid fid-disgħa ta’ Jannar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend