Xogħlijiet fi triq rurali fil-Gudja se jtejbu l-aċċess għall-għelieqi – One News

Notifiki

Xogħlijiet fi triq rurali fil-Gudja se jtejbu l-aċċess għall-għelieqi

B’investiment ta’ iżjed minn nofs miljun ewro, minn fondi Ewropej, saru xogħlijiet infrastrutturali fost oħrajn, fit-Triq ta’ Loretu fil-Gudja, twila kważi tliet kilometri.

Bis-saħħa ta’ dan il-proġett, il-bdiewa, li għandhom l-għalqa fl-inħawi ta’ din it-triq, ħa jkunu jistgħu jagħmlu xogħolhom bl-iżjed kumdità possibbli.

Fi żjara f’din it-triq il-Ministru għall-Infrastruttura stqarr li l-Gvern mhuwiex biss interessat f’proġetti kapitali iżda jgħin wkoll lil dawk in-nies li jixtiequ proġetti rurali.

Il-Ministru Borg stqarr: “Dawn huma toroq li ħafna drabi jgħaqqdu lokalitajiet minn waħda għall-oħra apparti li ħafna drabi jservu wkoll biex f’ħinijiet fejn ikollok ħafna attività fuq it-toroq jintużaw bħala devjazzjonijiet alternattivi imma il-bdiewa u n-nies li jgħixu fil-komunitajiet rurali qed inbidlulhom ħajjithom. Qed ngħinuhom ħalli jkollhom infrastruttura xierqa u sigura.”

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi stqarr li dan il-proġett kien ilu mitlub u mistenni min-nies.

Is-Segretarju Parlamentari Zrinzo Azzopardi spjega: “Dan huwa proġett li jkompli jgħin wkoll lil dan is-settur agrikolu filwaqt illi huwa wkoll intervjent li kien meħtieġ għaliex wara kollox anke l-istess kunsilli lokali jkomplu jagħmlu r-rappreżentazzjonijiet tagħhom sabiex ikollna aktar toroq rurali li jkunu aċċessibbli u jkunu ta’ benefiċċju għal kulħadd.”

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastruttura Malta, Fredrick Azzopardi, qal li Infrastruttura Malta tat l-għajnuna tagħha filwaqt li s-Sindku tal-Gudja, Marija Sara Vella, irringrazzjajt lill-Gvern ta’ dan il-proġett.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend