Mexjin ġmielhom ix-xogħlijiet fl-iskola ta’ Santa Luċija li qed isiru b’investiment ta’ €4 miljun – One News

Notifiki

Mexjin ġmielhom ix-xogħlijiet fl-iskola ta’ Santa Luċija li qed isiru b’investiment ta’ €4 miljun

Mexjin ġmielhom ix-xogħlijiet fuq il-kumpless sportiv u s-sala ġdida fl-iskola Sekondarja ta’ Santa Luċija, St Thomas More.

B’investiment ta’ madwar erba’ miljun ewro, it-tfal li jattendu f’din l-iskola u l-komunità ta’ Santa Luċija ser ikollhom faċilitajiet moderni u mill-isbaħ sabiex jew jipprattikaw xi tip ta’ sport jew itellgħu xi attività.

F’kumment ma’ dan l-istazzjon is-Surmast tal-iskola Sekondarja St Thomas More, spjega kemm hu bżonjuż dan l-investiment għall-ħames mitt student li jieħdu l-edukazzjoni tagħhom f’din l-iskola.

Is-Sur Higgans spjega: “L-istudenti hawnhekk u l-komunità ta’ Santa Luċija batew mingħajr din il-binja minħabba l-elementi tan-natura ħafna drabi ċertu lezzjonijiet u attivitajiet bħal prize day, dawn kienu jsiru barra l-binja tal-iskola. Issa permezz ta’ din il-binja se jkollna l-faċilità li l-affarijiet nagħmluhom ġo darna stess.”

Ix-xogħlijiet f’din l-iskola li nbniet fl-elf disa’ mija u sebgħa u disgħin, mistenni jitlesta lejn l-aħħar ta’ din is-sena.

Fi żjara fuq il-lant tax-xogħol l-Erbgħa filgħodu l-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana qalet li dan il-proġett bżonjuż jikkumplimenta l-proġetti massiċċi l-oħra li qed iwettaq dan il-Gvern fil-qasam edukattiv.

Il-Ministru Caruana stqarreyt: “Huwa parti wkoll mill-programm ambizzjuż ta’ €50 miljun ta’ xogħlijiet li għaddejjin bħalissa u ovvjament wieħed ma jridx jinsa l-investiment ta’ €80 miljun illi diġà sar mill-2013 sal-lum.”

Preżenti għal din il-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm ukoll s-Sindku ta’ Santa Luċija Charmaine St. John.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend