Kien meħtieġ li jkollna sors ieħor tal-enerġija” – mill-uffiċċju tal-Awditur Ġenerali dwar il-kuntratt tal-Electrogas – One News

Notifiki

Kien meħtieġ li jkollna sors ieħor tal-enerġija” – mill-uffiċċju tal-Awditur Ġenerali dwar il-kuntratt tal-Electrogas

Il-kumitat parlamentari għall-kontijiet pubbliċi kompla jiddiskuti l-kuntratt tal-Electrogas fejn taw ix-xhieda tagħhom rappreżentanti mill-Uffiċju tal-Awditur Ġenerali fosthom l-Awditur Ġenerali nnifsu Charles Deguara.

Hawn ħareġ li b’riżultat ta’ dan il-ftehim, pajjiżna seta’ jagħmel użu minn enerġija li ġejja minn diversi sorsi, b’hekk ġiet eliminata l-possibiltà li Malta tkun dipendenti fuq sors wieħed ta’ enerġija.

L-investigatur tal-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali stqarr li dan il-ftehim mhux biss assigura sorsi alternattivi tal-enerġija iżda kien meħtieġ wara li ċertu sorsi tal-enerġija kienu ilhom żmien u kienu qed jispiċċaw.

Hu qal, “Analizzajna l-proċess li wassal biex tittieħed din id-deċiżjoni u kien hemm numru ta’ sorsi tal-enerġija għal pajjiżna li kienu viċin l-aħħar tal-ħajja tagħhom u kellhom jiġu mbiddla b’sorsi oħra.”

Clayton Bartolo staqsa: “Dawn il-Powerstations meta saru?”

Huwa wieġeb: “Ma nafx nirrispondik imma ilhom żmien twil biex waslu għall-aħħar tal-enerġija tagħhom. Kien wasal iż-żmien li jkun hemm sors ieħor.”

Il-Whip tal-Gvern Glenn Bedingfield kompla ma’ dan l-argument u aċċenna li l-Awditur Ġenerali ma semma mkien il-kliem korruzzjoni jew irregolaritajiet meta analizza l-kuntratt tal-Electrogas.

Huwa sostna: “Minħabba li s-security of supply agreement biex niggarantixxu li pajjiżna jkollna, apparti l-kontijiet orħos, sors ta’ dawl dejjem għaddejja. B’dak il-ftehim li għandna li hu approvat mill-Kummissjoni Ewropea, nixtru mill-Interconnector. Il-fatt li qal hekk l-awditur ukoll, li għandek sorsi differenti minn fejn tista’ ġġib l-elettriku huwa tajjeb għaliex la tiddependi biss fuq l-Interconnector u lanqas tiddependi biss fuq l-LNG.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend