Donald Trump iħalli l-White House għall-aħħar darba bħala President tal-Amerka – One News

Notifiki

Donald Trump iħalli l-White House għall-aħħar darba bħala President tal-Amerka

Għall-ħabta tat-8:00 ta’ filgħodu ħin Amerikan, Donald Trump deher iħalli l-White House flimkien ma’ martu Melania bil-ħelikopter tal-Marine One. Minn hawn huwa niżel fil-bażi militari ta’ Andrews f’Maryland.

Hemmhekk huwa indirizza għall-aħħar darba lill-poplu Amerikan.

Trump, li huwa l-ewwel president f’28 sena li ma għamilx it-tieni terminu ta’ presidenza, baqa’ sa l-aħħar ma jaċċettax it-telfa presidenzjali, infatti huwa mhux se jattendi għall-inawgurazzjoni f’Washington DC.

Milqugħ minn sparaturi tal-kanuni tal-militar u minn folla tistennieh b’bandiera Amerikana f’idejhom, Trump irringrazzja lill-familja tiegħu u lil dawk li ħadmu miegħu mill-qrib.

Għall-ewwel darba fil-pubbliku huwa awgura lis-suċċessur tiegħu Joe Biden.

Minn hawn huwa telaq lejn daru fi Florida.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend