Notifiki

BIL-FILMAT: Jgħid li bil-liġi tad-divorzju u ż-żwieġ għall-koppji LGBTIQ morna lura u huma diżumani

Filwaqt li meta qbadnieh f’Tas-Silġ, il-Kap tal-Oppożizzjoni ta l-impressjoni li l-grupp parlamentari Nazzjonalista huwa magħqud fuq l-emendi preżentati biex tiqsar it-triq għad-divorzju, id-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo huwa kontra.

Il-konferma ta’ dan tahielna Edwin Vassallo nnifsu meta fuq programm fuq il-midja soċjali sejjaħ bħala diżumani l-liġi tad-divorzju u l-liġi li ppermettiet koppji tal-istess sess jissiebħu fi żwieġ.

Vassallo qal, “Jien naħseb diġà vvutajt darbtejn li jiena dehruli, mhux fil-fidi tiegħi ta, li huma diżumani li se jagħmlu ħsara fil-ġid komuni. – X’kienu? – waħda tad-divorzju u oħra taż-żwieġ LGBTIQ.”

Saħansitra qal li dawn il-liġijiet tad-divorzju u taż-żwieġ indaqs, li tat l-opportunità li koppji tal-istess sess jiżżewġu, huma skwerra falza.

Vassallo stqarr: “Kien hemm ħabib tiegħi qalli llum sirna skwerra falza. Eżatt eżatt skwerra li taċċetta kollox skwerra falza. – Imma għadek kemm ktibtha – Hekk hu wkoll.”

Skont Edwin Vassallo bil-liġi tad-divorzju u taż-żwieġ indaqs morna lura; “Jiena emmint li s-soċjetà tagħna, b’dawk iż-żewġ liġijiet mhux se tmur ‘il quddiem kif konna qegħdin ngħidu jew naħsbu li se mmorru ‘l quddiem. U allura rridu noqogħdu attenti l-għaliex filwaqt li mingħalina li nkunu sejrin ‘l quddiem, nibdew sejrin lura bla ma nafu.”

Waqt il-programm, id-Deputat Nazzjonalista kompla jiftħilha kontra d-divorzju u qabbel iż-żwieġ bejn koppja ma’ kuntratt tax-xiri.

Huwa sostna: “Fejn hemm iż-żwieġ hemm kuntratt. Immaġina fil-kuntratti xi jsir fil-kummerċ nibdew inbiddlu mingħalina xtrajna u ma xtrajniex, mingħalina għandna u m’għandniex.”

Vassallo attakka lill-moviment li ġab u għadu jġib bidliet u passi ‘l quddiem fid-drittijiet ċivili: Il-moviment Laburista kkonċepixxih, welldu u kabbru fl-ammoralità. Fejn xejn mhu xejn.”

Fil-programm ma naqsitx referenza għall-firda fil-Partit Nazzjonalista.

Vassallo tenna: “Ma tistax tkun leali lejn il-Partit u ma tkunx leali lejn il-Kap jien f’moħħi dik qatt ma stajt nifridha.”

Hawnhekk, Vassallo tkellem dwar il-mod kif tqaċċat Adrian Delia minn Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Meta kien mistoqsi: “Kien kattiv kif tqaċċat Adrian Delia, tammetti?”

Vassallo wieġeb: “Ħeqq mhux id-dinja tal-lum, mhux bil-mentalitajiet tal-lum.”

Aqra wkoll:

L-MGRM jikkundanna l-kummenti ħorox ta’ Vassallo kontra ż-żwieġ għall-koppji tal-istess sess

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Jien niskanta kif għadek issib nies LGBTIQ mal-pn! Għax naħseb li l-vuċi ta Vassallo hija l-vuċi vera tal-pn dwar dan is-suġġett. Għallinqas Vassallo onest għalkemm tista ma taqbilx miegħu.

Leave a Reply to Matteotti Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend