Il-PM jibda l-ġurnata qrib in-nies u n-negozji ta’ Raħal Ġdid – One News

Notifiki

Il-PM jibda l-ġurnata qrib in-nies u n-negozji ta’ Raħal Ġdid

Dalgħodu l-Prim Ministru Robert Abela beda l-ġurnata tiegħu fit-toroq ta’ Raħal Ġdid. Huwa kellu ċans jisma’ aktar dak li jgħixu u jħossu n-nies.

Dr Abela esprima s-sodisfazzjon li ħass meta sema’ kif il-ħidma li qed iwettaq il-Gvern f’bosta oqsma qed tkompli ġġib bidla fil-ħajja ta’ kuljum ta’ bosta familji u negozji.

Il-Prim Ministru Abela sema’ wkoll l-isfidi li n-nies qed iħabbtu wiċċhom magħhom u wiegħed li l-Gvern immexxi minnu se jibqa’ jkun qrib in-nies.

Dawn il-laqgħat saru skont id-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend