BIR-RITRATTI: Sewwieq ta’ mutur jittieħed l-isptar wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Tal-Balal – One News

Notifiki

BIR-RITRATTI: Sewwieq ta’ mutur jittieħed l-isptar wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Tal-Balal

Ġuvni ta’ 28 sena minn Birżebbuġa ttieħed l-isptar għal aktar kura, wara li ħabat bil-mutur li kien qiegħed isuq ma’ karozza li kienet qed tinstaq minn anzjan ta’ 77 sena.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:15 ta’ dalgħodu, fi Triq il-Balal, San Ġwann.

Il-kundizzjoni taż-żagħżugħ għadha mhux magħrufa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend