Alexei Navalny se jinżamm fil-kustodja tal-Pulizija – One News

Notifiki

Alexei Navalny se jinżamm fil-kustodja tal-Pulizija

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Russa u Kritiku tal-Gvern Alexei Navalny se jinżamm fil-kustodja tal-Pulizija għal 30 ġurnata, hekk kif wasal Moska fl-aħħar sigħat wara li kien ivvalenat is-sena li għaddiet.

Hawnhekk Navalny ilmenta minnufih mis-smigħ li sarlu fl-għassa tal-Pulizija mal-wasla tiegħu, u sejjaħ għal dimostrazzjonijiet fit-toroq. Uħud laqgħu is-sejħa ta’ Navalny u nġabru barra l-għassa tal-Pulizija f’Moska.

Hu qed jinżamm mill-Pulizija minħabba li ma onorax obbligi ta’ parole fuq sentenza sospiża.

Navalny kien ivvalenat bil-kimika Novichok is-sena li għaddiet, u kien qed jingħata l-kura fil-Ġermanja. Il-Gvern Russu, li qed ikun akkużat li hu responsabbli tal-attakk, kontinwament ċaħad l-involviment tiegħu f’dan kollu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend