Ħaddiema tas-salvataġġ fiċ-Ċina tennew li t-12-il ħaddiem maqbuda f’minjiera tad-deheb kawża ta’ splużjoni l-ġimgħa li għaddiet għadhom ħajjin.
Dan wara li rċevew nota mingħandhom.
It-tama għal 10 ħaddiem oħra tal-minjiera li għadhom mitlufa wara l-isplużjoni għadha mhix ċara.
Inċidenti simili fiċ-Ċina huma komuni u ħafna drabi jseħħu sforz in-nuqqas ta’ nfurzar fejn tidħol is-sigurtà.
It-22 ħaddiem spiċċaw maqbuda wara li fl-10 ta’ Jannar li għadda seħħet splużjoni li mblukkat il-bokka tal-minjiera. Din ikkawżat ħsara fis-sistema tal-komunikazzjoni tal-minjiera li kienet għadha qed timbena.