Malta se tkompli tteni l-appoġġ sħiħ għal koordinazzjoni kontinwa li tinsab għaddejja fl-Unjoni Ewropea dwar il-pandemija tal-Covid-19.
Dan saħqu fil-konferenza virtwali tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali, is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi.
Din il-konferenza virtwali saret bħala tħejjija għall-konferenza informali virtwali tal-mexxejja tal-Unjoni Ewropea li se ssir din il-ġimgħa, li fiha mistenni jipparteċipa l-Prim Ministru Robert Abela.
Waqt din il-laqgħa, is-Segretarju Parlamentari Zrinzo Azzopardi laqa’ x-xogħol li qed tagħmel il-Kummissjoni Ewropea f’isem l-istati membri biex tkompli tikseb kuntratti dwar il-provvista tal-vaċċin.
Dwar iċ-ċertifikati tat-tilqim, Zrinzo Azzopardi saħaq li din il-prova tat-tilqim għandha tkun għodda biex tiffaċilita l-ivvjaġġar fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u mhux biex ixxekkel il-moviment ħieles tal-persuni. Qal kif Malta qed tħares ukoll lejn l-implimentazzjoni ta’ dak li qablu dwaru l-mexxejja Ewropej dwar ir-rikonoxximent minn kull stat membru tat-testijiet għall-Covid-19 li jsiru fl-istati membri kollha.
Huwa sostna kif is-Segretarju Parlamentari għandha tkun konsistenti fil-messaġġ li tagħti liċ-ċittadini kollha, dak li l-isforzi li qed jagħmlu flimkien qed jagħtu r-riżultati.