Malta hija s-seba’ l-iżjed pajjiż fid-dinja li laqqmet nies għal kontra l-Covid-19 – One News

Notifiki

Malta hija s-seba’ l-iżjed pajjiż fid-dinja li laqqmet nies għal kontra l-Covid-19

Statistika ppubblikata fil-gazzetta internazzjonali ‘Financial Times’, turi kif Malta hija mal-aqwa seba’ pajjiżi fid-dinja li laqqmet nies għal kontra l-Covid-19.

Din l-istatistika saret mis-sit ‘Our World in Data’, li warajha hemm l-Università ta’ Oxford. Din l-istatistika tinħadem skont l-ammont ta’ tilqim tal-ewwel doża tal-vaċċin għal kontra l-Covid-19 għal kull 100,000 persuna.

Fuq Facebook, il-Prim Ministru Robert Abela laqa’ dan b’sodisfazzjon u qal kif bl-istrateġija li qed jaħdem biha l-Gvern, pajjiżna huwa t-tieni l-iżjed pajjiż fost il-membri stati tal-Unjoni Ewropea li laqqam nies.

L-unika pajjiż tal-Unjoni Ewropea li kklassifika ‘l fuq minn pajjiżna huwa d-Danimarka. L-iżjed tliet pajjiżi li tlaqqmu kontra l-Covid-19 huma l-Iżrael, l-Emirati Għarab Magħquda u l-Bahrain.

Dr Abela rringrazzja lill-ħaddiema fis-settur tas-saħħa li qed jaħdmu qatigħ sabiex ta’ kuljum qed tiżdied ir-rata ta’ tilqim, filwaqt li ta ħajr ukoll lil dawk kollha li qed jilqgħu l-istedina li qed issirilhom sabiex jitlaqqmu.

Ċifri uffiċjali tal-WorldInData jikklassifikaw lil #Malta 🇲🇹 fis-seba’ post fid-dinja u t-tieni fl-UE 🇪🇺 fl-għoti…

Posted by Robert Abela on Monday, January 18, 2021

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend