Alfred Degorgio, magħruf wkoll bħala ‘l-Fulu’, li huwa akkużat fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, ġie kkumpensat b’seba’ t’elef ewro mill-Qorti kostituzzjonali wara li nstab li nkisrulu d-drittijiet tiegħu minħabba proċeduri twal tal-Qorti.
Degiorgio kien wieħed minn tliet irġiel li ġew akkużati li wettqu serqa lura fis-sena elfejn, li fiha nsterqu żewġ miljun ewro minn vann tal-Group 4.
Il-każ kontrih kien beda lura fl-elfejn u tmienja u disa’ snin wara l-Maġistrat kien ikkundannah għal sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin.
B’hekk l-akkużat kien fetaħ proċeduri kostituzzjonali kontra l-avukat ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulizija minħabba dan id-dewmien.