F’tempju antik viċin il-kapitali Eġizzjana, il-Kajr, l-arkeoloġisti skoprew għexieren ta’ oqbra tal-injam u mummji li jmorru lura għal aktar minn 3,000 sena.
Madwar 54 oqbra tal-injam instabu ġewwa minn tal-inqas 22 bir mirduma li jmorru lura għal madwar 1570 QK u 1069 QK.
Meta l-Eġittu kien jitmexxa minn renju ġdid.
Fost oħrajn instabu paġni minn kotba li jiġbru fihom ġabra ta’ salmi li l-għan tagħhom kien li jiggwidaw lill-mejtin għal dinja oħra.
Dan apparti logħob tal-qedem, statwi u maskri.