Fl-aħħar sigħat, 121 persuna oħra fiequ mill-Covid-19, filwaqt li feġġew 154 każ minn fost 3,239 test.
Dan ifisser li 95.2% tat-testijiet li saru ġew negattivi filwaqt li 4.8% ġew pożittivi.
Sa issa, fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 570,184 test.
B’kollox, s’issa, tlaqqmu 11,705 persuni.
Intant fl-aħħar sigħat mietu żewġ anzjani ta’ 74 sena u ta’ 84 sena fl-Isptar Mater Dei waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19