L-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat qal li rapport li deher fil-ħarġa tal-Ħadd, 17 ta’ Jannar tat-Times of Malta bit-titlu Daphne murder suspect wants reduced jail term, huwa kompletament skorrett.
Fi stqarrija l-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat qal li hu ma kienx involut fil-kwistjoni tal-proklama ta’ Vince Muscat, wieħed mit-tliet akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Hawn kien iċċarat ukoll li l-kwistjoni ma jaqax taħt ir-responsabbiltà tal-Avukat tal-Istat, tant li fl-ebda mument ma ntalab xi parir dwar is-suġġett.