Notifiki

Is-sieħba ta’ Simon Busuttil tattakka lill-Professur Charmaine Gauci

In-nies ewlenin fl-establishment Nazzjonalista issa anki qed jattakkaw fil-beraħ lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci.

F’artiklu li kitbet fuq it-Times, is-sieħba ta’ Simon Busuttil, Kristina Chetcuti akkużat lil Charmaine Gauci li ma tgħidx l-affarijiet kif inhuma meta titkellem fl-aġġornamenti mediċi ta’ kull ġimgħa dwar is-sitwazzjoni tal-imxija f’Malta.

Chetcuti, waħda minn ta’ quddiem li ħarġet b’ruħha u b’ġisimha favur il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, talbet lill-Professur Gauci biex tieħu l-vaċċin għall-Covid-19.

Is-sieħba tal-eks Kap Simon Busuttil tefgħet dubju fil-vaċċin u qalet li kemm il-darba Charmaine Gauci ma tieħux it-tilqima, qed turi li hemm affarijiet oħra u ma temminx fil-vaċċin.

Lil Charmaine Gauci, Chetcuti qaltilha li tagħmel diskorsi tal-House of Lords, li fi kliem ieħor, lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, is-sieħba ta’ Busuttil, qaltilha li tagħmel diskorsi pompużi mingħajr sustanza.

Kristina Chetcuti implikat li l-Professur Gauci hija pupazz tal-Gvern u li tieħu miżuri finta għall-ġid tas-saħħa tal-poplu Malti u Għawdxi.

Qalet li Gauci kienet kostretta tgħid li l-iskejjel kellhom jiftħu biex it-tfal jirċievu l-edukazzjoni tagħhom fuq il-bank tal-iskola.

Nies li qraw l-artiklu ħassew li Kristina Chetcuti, li mhux l-ewwel darba li nsulentat lin-nies, użat kliem xejn sabiħ u riedet tiddieħaq bis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika li issa ħa tagħlaq sena taħdem lejl u nhar fuq is-sitwazzjoni tal-imxija f’pajjiżna.

Aqra wkoll:

Il-PM juri solidarjetà mal-Professur Gauci wara l-attakk sfrenat fuqha mill-fazzjoni ta’ Simon Busuttil

Ta’ QabelLi Jmiss

5 Comments

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend