Il-Kalkara tingħata aktar rikonoxximent għall-wirt storiku – One News

Notifiki

Il-Kalkara tingħata aktar rikonoxximent għall-wirt storiku

Fil-Kalkara ġew installati ħmistax-il stand f’postijiet differenti fil-lokalità, li se jagħtu informazzjoni dwar il-wirt storiku u kulturali tal-Kalkara.

Dan il-proġett ġie ffinanzjat minn fondi Ewropej grazzi għall-programm LEADER, li fi kliem is-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi, jagħmel il-fondi mill-ewropa aktar aċċessibbli għalina kollha. Dan il-programm issa qed iwassal ukoll għat-tisħiħ tal-prodott turistiku u l-wirt kulturali ta’ pajjiżna.

Huwa stqarr: “Dan huwa proġett li juri kif fondi Ewropej permezz ta’ dan il-programm jitwasslu aktar fil-komunitajiet u nkomplu naraw li narrikkixxu l-valur storiku tal-lokalitajiet tagħna.”

Is-Segretarju Parlamentari għall-Volontarjat Clifton Grima sostna li dan il-proġett huwa prova ċara li meta s-settur tal-volontarjat jingħata l-għodda, dejjem ikun hemm riżultati pożittivi. Fakkar li tnieda wkoll sit elettroniku ġdid minn fejn wieħed jista’ jaċċessa informazzjoni dwar il-lokalità unika.

Huwa sostna: “Infatti qegħdin naraw kif għaqda volontarja ngħatat fondi permezz ta’ fond imwaqqaf mill-Kunsill Malti responsabbli mis-settur tal-volontarjat, li permezz tagħhom, b’dawn il-flus setgħet taċċessa l-fondi Ewropej.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend