AĠĠORNAT: Żewġ Taljani jindarbu wara li kienu involuti f’inċident bil-mutur fil-Fgura – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Żewġ Taljani jindarbu wara li kienu involuti f’inċident bil-mutur fil-Fgura

Taljana ta’ 63 sena li toqgħod Ħaż-Żabbar ġarrbet ġrieħi gravi, filwaqt li Taljan ta’ 63 sena li joqgħod Ħaż-Żabbar, ġarrab ġrieħi ħfief wara li ħabtu bil-mutur ma’ karozza li kienet qed tinstaq minn ġuvni ta’ 27 sena minn Marsaskala.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4:30 tas-Sibt waranofsinhar fi Triq Vjal il-Kottonera, il-Fgura.

Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-Pulizija u tim mediku li aktar tard ħa lit-Taljani l-isptar Mater Dei għal aktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend