Trid tipprovdi test negattiv u tagħmel kwarantina biex tivvjaġġa lejn ir-Renju Unit – One News

Notifiki

Trid tipprovdi test negattiv u tagħmel kwarantina biex tivvjaġġa lejn ir-Renju Unit

Minn nhar it-Tnejn kull persuna li tivvjaġġa lejn ir-Renju Unit minn barra l-pajjiż trid tagħmel kwarantina ta’ għaxart ijiem sakemm ma jittestjawx negattiv sa ħamest ijiem wara.

Filwaqt li dawk li qed jippjanaw li jivvjaġġaw lejn il-pajjiż iridu jipprovdu ċertifikat ta’ test negattiv tal-COVID-19 minn qabel.

Dan filwaqt li mistenni jiżdied l-infurzar fuq il-fruntiera.

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson waqt konferenza tal-aħbarijiet f’Downing Steet qal li dawn ir-regoli l-ġodda japplikaw għal pajjiż kollu u ser jibqgħu fis-seħħ sal-15 ta’ Frar.

Johnson sostna li dawn ir-regoli ġodda qed iseħħu fid-dawl tal-varjant il-ġdid li ġie identifikat fil-Brażil fejn intant il-Gvern Ingliż ipprojbixxa vjaġġaturi li ġejjin mill-Amerika t’Isfel u l-Portugall milli jidħlu fil-pajjiż.

Fir-Renju Unit l-aħħar ċifri sal-jum tal-Ġimgħa wrew li t-total ta’ każijiet ġodda issa telgħu bi ftit aktar minn 7,000 f’ġurnata.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend