Notifiki

Jitnieda programm fl-ospitalità għal titjib fis-servizz f’pajjiżna

It-Tnejn ġie mniedi The Guest Experience, proġett li fih jinkludi numru ta’ korsijiet fl-ospitalità għal dawk kollha li jixtiequ jżidu l-ħiliet tagħhom f’dan is-settur.

Dan tħabbar waqt konferenza stampa fl-Istitut għat-Turiżmu, l-ITS.

Il-korsijiet qosra dwar ħiliet bażiċi fl-informatika kif ukoll fil-customer care se jkunu qed jiġu offruti b’xejn online għal dawk kollha li huma interessati b’kollaborazzjoni mal-ITS.

Il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo spjega kif dan il-programm huwa parti minn strateġija li se tkun qed titnieda fiż-żmien li ġej dwar is-settur turistku f’pajjiżna, biex jerġa’ jissaħaħ u jkun kompetiittiv wara daż-żmien ta’ sfida tal-pandemija.

Qal kif, “Dan il-programm huwa importanti għaliex l-edukazzjoni hija l-pilastru li fuqha qegħdin nibnu esperjenza aħjar għat-turist li jkun f’pajjiżna u b’hekk intejbu l-kwalità tal-esperjenza tat-turist f’Malta u nattiraw dejjem turist aħjar lejn pajjiżna. Dan huwa assigurazzjoni illi l-futur huwa wieħed tajjeb għas-settur tat-turiżmu f’pajjiżna.”

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi qal illi f’dan il-programm qed jiġu investiti aktar minn €160,000 minn fondi tal-Eraasmus+, biex b’hekk dawn il-korsijiet ikunu jistgħu jingħataw b’xejn.

Qal, “Dan huwa proġett interessanti li ġab numru ta entitajiet flimkien, kemm Maltin u kemm barranin li flimkien se jkunu qegħdin jipprovdu dawn il-programmi permezz tal-fondi Erasmus+ inkunu qegħdin ngħinu biex dan il-propett iseħħ u aktar nies ikollhom aktar ħiliet fil-qasam tat-Turiżmu.”

Iċ-Chairperson tal-Bord tal-Gvernaturi tal-ITS, Carlo Micallef fl-indirizz tiegħu spjega kif permezz ta’ aktar taħriġ fis-settur turistiku se jkun qed jassigura biex inkomplu ngħollu l-livell fit-turiżmu f’pajjiżna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend