Raġel allegatament b’sikkina jisraq ammont ta’ flus minn ħanut f’Tas-Sliema – One News

Notifiki

Raġel allegatament b’sikkina jisraq ammont ta’ flus minn ħanut f’Tas-Sliema

Il-pulizija qed tinvestiga serqa li saret f’ħanut fi Triq Rodolfu f’Tas-Sliema ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tas-19:30.

L-ewwel investigazzjonijiet li għamlu l-pulizija, juru li raġel li allegatament kien armat b’sikkina, daħal fil-ħanut u talab lill-impjegata, tfajla ta’ 23 sena, sabiex tagħtih il-flus.

Ir-raġel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti. B’xorti tajba ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend