L-istil barokk kien ħoloq niċċa turistika f’Malta – One News

Notifiki

L-istil barokk kien ħoloq niċċa turistika f’Malta

Ta’ kull sena f’Malta jiġu għexieren ta’ turisti minn pajjiżi differenti biex jitpaxxew bl-istil barokk li jdawwar il-gżejjer Maltin u Għawdxin, fosthom il-mużika barokka, binjiet bi stil barokk u anke għall-festi.

L-istil barokk u n-namra lejh minn diversi dilettanti u esperti ħoloq niċċa turistika oħra f’pajjiżna, li tikkontribwixxi fl-ekonomija Maltija.

Dan stqarru f’kummenti ma’ One News id-Direttur Artistiku tat- Teatru Manoel Kennet Zammit Tabona, li spjega kemm Malta għandha wirt barokk mill-isbaħ.

Qal kif, “l-Istil barokk huwa kullimkien, jekk tħares lejn it-teatru li qiegħed warajjha huwa teatru fi stil barokk. Jekk tmur ġo knisja jew villaġġ u raħal Malti tara li l-knijsa probabilment hija barokka. Id-djar huma barokki u l-arkitettura. Anke il-festi tagħna huma barokissimi.”

Dan intqal ukoll propju f’konferenza tal-aħbarijiet li fiha tħabbar il-festival barokk li se jittella’ f’Malta fil-jiem li ġejjin.

Preżenti l-Ministru għall-Kultura José Herrera spjega kemm attivitajiet bħal dawn ikomplu jgħollu isem pajjiżna.

Spjega li, “Din it-tip ta’ kultura tgħolli l-prestiġju tagħna bħala pajjiżna. Aħna bħala pajjiż fejn għandna l-Belt Kapitali Barokka għax kellna l-kavalieri hawnekk u Malta kienet fl-aqwa tagħha fil-perjodu tal-barokk u hija idea tajba ħafna li jkollna dan it-tip ta’ festivals fuq mużika barokka.”

Din is-sena se jittellgħu 13-il kunċert fit-Teatru Manoel u kunċert li se jsir f’Għawdex.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend