Grupp ta’ xjentisti tal-WHO jaslu f’Wuhan biex jirriċerkaw dwar l-oriġini tal-virus – One News

Notifiki

Grupp ta’ xjentisti tal-WHO jaslu f’Wuhan biex jirriċerkaw dwar l-oriġini tal-virus

Għaxar xjentisti mill-Għaqda Dinjija għas-Saħħa, il-WHO, wasalu fil-belt Ċiniża ta’ Wuhan biex jibdew jinvestigaw dwar l-oriġini tal-pandemija COVID-19.

Dan qed isir wara xhur ta’ negozjati bejn il-Gvern Ċiniż u l-WHO.

Il-grupp ta’ xjentisti mistenni jintervista nies minn istituti ta’ riċerka, sptarijiet kif ukoll persuni li jaħdmu fis-suq tal-ikel minn fejn hu maħsub li bdiet l-imxija.

Ix-xjentisti waslu l-Ħamis filgħodu u huma se jkunu qed jagħmlu 15-il jum kwarantina qabel ma jibdew bir-riċerka tagħhom; li se tkun qed tiddependi fuq kampjuni u evidenza pprovduta minn uffiċjali Ċiniżi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *